Filmat: Webster b’2 kunċerti għall-partitarji ta’ Liverpool f’Malta

Jamie Webster, magħruf għall-kunċerti li jagħti għall-partitarji ta’ Liverpool se jagħti żewġ kunċerti f’Malta. L-ewwel wieħed se jsir illejla ġewwa Montekristo Estat u l-ieħor se jsir għada f’Għawdex ġewwa l-Westend Terrace.

Webster inġieb Malta bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 sena mit-twaqqif tal-Liverpool Supporters Club Malta. Il-kumitat din is-sena nieda serje ta’ attivitajiet u avveniment biex flimkien il-partitarji Maltin jiċċelebraw flimkien.

Ara x’kelli xi jgħid Webster stess qabel ġie Malta:

Grazzi għal taħditiet ma’ Liverpool Football Club, il-Club Malti rnexxielu jikseb ftehim ma’ Jamie Webster.

Webster hu affiljat ma’ LFC u jagħti bosta kunċerti għall-partitarji tal-Ħomor. Il-kunċeri jittellgħu kemm f’Liverpool kifu koll madwar l-Ewropa.

Kull min jixtieq li jattendi hu mitlub li jikuntatja lill-klabb f’malta jew il-klabb t’Għawdex.