Filmat: Wasal iż-żmien li jitilqu?

L-Għarusa se jkun qed ikompli llejla fuq TVM fdi-8.50m fuq TVM bi produzzjoni ta’ SharpShoot Media fuq kitba ta’ Audrey Brincat Dalli.

Rudy Catania u Michela Galea. Ritratt: Reno Rapa

Diego wassal ittra lil Liberat, pero għaddilha l-ittra ta’ Carlotta, mhux l-ittra li kitbilha Domenico. Amelia tirritorna lura fid-dar tagħha. Arturo jsib l-ittra li waslet bi żball għand Liberat li spiċċat għand Bettina meta Liberat marret tiftaħ qalbha ma’ Bettina biex taqralha x’għandha miktub fl-ittra.

Bettina mal-ewwel indunat li dik kienet l-istess ittra li kitbet Carlotta lill-maħbub tagħha u li Diego kellhu iwassal, allura żammita hi. Arturo jmur ikellem il Carlotta dwar l-ittra u jgħidilha li jekk tixtieq tibqa’ ġo d-dar tagħhom ma tistax tibqa tibgħat l-ittri. Liberat u Domenico jsibu lil Dun Pawl u jsaqsuh biex iżżewġihom.

Iżda huwa jirrufjuta meta jara li Liberat lanqas biss taf minn fejn hu u li lanqas jistgħu jikkomunikaw bejnietom.

Karm reġa’ sab tbenġila fuq id Flaminia u jgħidilha biex tibqa’ magħhom u biex ma tmurx iktar lejn id-dar għax kienet se tispiċċa tweġġa aktar. Liz skopriet li missier Alan se jħallihom jinvestigaw il-libsa tat-tieġ ta’ Bettina.

Septa. Ritratt: Reno Rapa

Domenico jismagħha u jsaqsiha jekk kienitx qed tiċċajta u min hemm jiskopri li kienet hi li ħarqet iċ-ċirku u li ħabba f’hekk mietu sħabom ukoll. Septa tgħid li kien inċident u kull ma riedet tbeżżahom, mingħajr ma tweġġa il-ħadd.