Filmat: “Wara l-uġigħ jiġi l-ferħ”

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Luke Cutajar u l-preżentatriċi Claire Agius Ordway.

Il-qari tal-ġurnata

“Il-mara, meta tkun se tiled tħossha mdejqa, għax tkun waslet is-siegħa tagħha; iżda meta tkun twieldet it-tarbija, ma tiftakarx iżjed fl-uġigħ, bil-ferħ li twieled bniedem fid-dinja. Hekk intom, issa tħossukom imdejqa; imma għad nerġa’ narakom u qalbkom tifraħ, u l-ferħ tagħkom ħadd ma jeħodhulkom.”

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata u jixxandar kuljum fuq 103 fl-5.45am, fl-11.50am u fit-7.40pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.