Filmat: Wara ħafna, jerġa’ jiżbroffa l-Etna

Milli jidher l-Isqallin kienu ilhom ma jaraw l-ikbar vulkan fl-Ewropa jiżbroffa.

Il-filmat inġibed kmieni lbieraħ filgħodu għall-ħabta tal-ħamsa. Ovvjament, ma jistax jonqos li r-riħ iġorr it-trab iswed lejn il-belt ta’ Catania.

L-aħar darba li l-Etna żbroffa sew kien fl-24 ta’ April tas-sena li għaddiet. Fil-lejl tat-13 ta’ Frar ġie nnutat li l-Etna seta’ jerġa’ jiżbroffa. FIs-17 ta’ Frar imbagħad bddiet tintensifika l-qawwa tal-vulkan u kull żewġ sekondi beda jkun hemm żbroffi żgħar sakemm ilbieraħ filgħodu l-Etna ma waqafx jizbroffa.

Filfatt, jidher li kull darba l-lava bdiet togħla madwar 300-500 metru.