Filmat: “Wara bosta snin ddeċidejna li ngħidu iva” – Marica

Waqt Sibtek tal-lum se nsegwu filmati minn Nashville fl-istati Uniti tal-Amerika proprju fil-Country Music Hall of Fame il-mużew ħaj fejn issib il-ħwejjeġ, l-awards, karozzi u ħafna aktar tal-artisti tal-mużika Country u se naraw ukoll Id-dar fejn twieldet Dolly Parton.

Waqt Sibtek illum ħafna stejjer ma jonqsux fosthom l-attriċi Marica Mizzi li konna naraw f’Santa Monika u bħalissa qed tidher fis-sensiela Iż-Żagħka titkellem fuq l-imħabba li sabet u ż-żwieġ tagħha ma’ Joe.

Lynn Faure (Chircop) titkellem kif tgħallmet tgħix lilha nnifisha. Ivan Gaffiero jikxef kif irnexxielu jegħleb il-mistħija u Miriam Christine, li dan l-aħħar ħarġet il-vidjow  Mill-Għatba ‘l Ġew mir-raba’ album tagħha Dil-Mara, tgħid x’ġegħilha taqta’ qalbha mill-kant għal żmien twil.

Insiru nafu wkoll ir-reżoluzzjonijiet ta’ ħafna nies tal-ispettaklu.

Sibtek, ippreżentat minn Ryan Borg u Josmar, iwasslilkom dawn l-istejjer u aktar, illum is-Sibt 4 ta’ Jannar fis-12.45pm fuq TVM.