Filmat: “Wara 18-il sena f’lukanda, il-biedja reġgħet sejħitli”

Għaliex ftit huma ż-żgħazagħ li qed jiddeċiedu li jidħlu għax-xogħol tal-biedja? X’inhuma d-diffikultajiet marbuta ma’ dan it-tip ta’ xogħol?

Newsbook.com.mt tkellem ma’ Paul Portelli li jaħdem fir-raba fl-inħawi magħrufa bħala Tar-Rużarju, limiti tar-Rabat.

Paul qal li għalkemm tieħu ċertu sodifazzjon li qed taħdem man-natura u l-ambjent, hemm ukoll hafna sagrifiċċji bħal, pereżempju li m’hemmx weekends jew festi – huwa jgħid li dan ma tantx jawgura tajjeb għaż-żgħażagħ biex jidħlu għal dan ix-xogħol.

Dan il-filmat kien possibbli bil-kollaborazzjoni tal-Merill Rural Network.