Filmat: Waħda mill-iżgħar parteċipanti s’issa f’ X Factor

Hayley Azzopardi tiftaħ il-ħames programm tat-tieni staġun ta’ dan il-programm. Tinterpreta The Person I Am ta’ Ira Losco.

“Se nkun l-iktar judge ħarxa mela” tikkummenta Ira.

Hayley twassal l-interpretazzjoni tagħha li tintlaqat tajjeb mill-ġurija.

Il-verżjoni tagħha ta’ din il-kanzunetta tiksbilha l-approvazzjoni tal-erba’ membri tal-ġurija li jgħadduha għall-Bootcamp u b’hekk se jkolla ċans taħdem fuq in-noti li tidher li mhix daqshekk b’saħħitha fihom.

L-avventura għal Hayley tkompli.