Filmat: Wagner ipprova jgħin plejer iqum u tkeċċa mill-VAR

David Wagner kien l-aħħar vittma tal-farsa tal-VAR. Il-lejl li għadda l-maniġer ta’ Schalke qala’ karta ħamra wara li pprova jgħin plejer mit-tim avversarju jqum mill-art.

Schalke kienu f’parità ta’ 2-2 kontra Hertha Berlin fil-German Cup. L-inċident seħħ waqt li kienu fil-ħin barrani. Wagner intlaqat mid-difensur Jordan Torunarigha li kien tackled mal-linja. Wagner iddeċieda li għandu jgħin lill-plejer ta’ Hertha Berlin jerġa’ jqum fuq saqajh billi pprova jgħollih minn spallejh.

Torunarigha spiċċa tilef sabru u tajjar id Wagner qabel ma’ qabad kontenitu bil-fliexken tal-ilma u sabbtu mal-art. Wara din ix-xenata l-plejer ta’ Hertha ntwera t-tieni karta safra u tkeċċa mil-logħba. Iżda l-kommossjoni ma waqfitx hemm. Il-VAR iddeċidiet li għandha tintervjeni u tordna karta ħamra għall-mod ta’ kif kien ġab ruħu mall-plejer.

Fil-115-il minuta, Schalke dawru l-logħba meta skurjaw il-gowl tar-rebħa grazzi għal Beito Raman.

Waqt intervista, il-maniġer ta’ Schalke qal li baqa’ jara l-filmat u ma setax jemmen li qala’ karta ħamra.