OUTSTANDING Vocals On The X Factor Malta!OUTSTANDING Vocals On The X Factor Malta! 🇲🇹
Posted by X Factor Global on Thursday, January 30, 2020
Lejliet il-finali tat-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta, is-sit internazzjonali X Factor Global inkludiet wirja ta’ parteċipant ieħor mill-kompetizzjoni f’Malta u din id-darba inkludiet il-wirja ta’ Kyle Cutajar bis-silta Writing’s on the Wall ta’ Sam Smith mill-film Spectre ta’ James Bond.
X Factor Global iddeskrivew din il-wirja bħala “vuċi bla paragun”.

Din mhux l-ewwel darba li Kyle spiċċa nkluż duq X Factor Global.
Għada s-Sibt 8 ta’ Frar, il-finali tat-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta se tkun qed tittella’ fl-MFCC f’Ta’ Qali b’xandria diretta fuq TVM.
Għada se naraw l-erba’ finalisti li fadal f’din il-kompetizzjoni, Justine Shorfid, F.A.I.T.H., Destiny u Kyle Cutajar.
Permezz tal-paġna ta’ Facebook Newsbook Lifestyle għandkom iċ-ċans tivvutaw għall-parteċipant li taħsbu li se jirbaħ u tifħlu fiċ-ċans li tirbħu ikla esklussiva mal-parteċipant li għada se jirbaħ it-tieni edizzjoni ta’ X Factor Malta.