Filmat: Voluntiera tal-CABS jiġbdu filmati f’art privata – FKNK

Filmat: FKNK

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qalet li l-voluntiera ta’ CABS qegħdin jiġbdu filmati f’art privata ta’ persuna li kien qiegħed jonsob għall-affari tiegħu.

Fi stqarrija l-FKNK qalet li din mhux l-ewwel darba li waħda mir-rappreżentanti tal-CABS kienet involuta f’kunfliti ma’ kaċċaturi u nassaba minħabba invażjoni ta’ propjetà privata.

Fil-filmat in-nassab ikkonfronta lil dawn iż-żewġ rappreżantati sabiex ikun jaf għala kienu qegħdin jiġbdu filmati fl-għalqa tiegħu.

L-istqarrija spjegat li n-nassab għamel rapport fl-Għassa taż-Żejtun u ieħor għand il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data. Fakkret li rappreżentant lokali tal-CABS, kien instab ħati ta’ kontravenzjoni ta’ “Vjolazzjoni ta’ proprjetà privata” u reat kriminali ta’ “Kontemplazzjoni ta’ eżerċizzju arbitrarju ta’ drittijiet pretiżi”, mill-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti tal-Ġudikatura Kriminali fl-2012. 

Din mhux l-ewwel darba li l-FKNK irrapurtat li saru atti provokattivi, agressivi, vendikattivi u vjolenti.

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti, appellat lill-Gvern u l-Kummissarju tal-Pulizija biex jieħu l-azzjoni immedjata u ġusta għal protezzjoni ta’ kaċċaturi u nassaba li jirrispettaw il-liġi u l-pubbliku ġenerali Malti u Għawdxi.