Filmat: Vjaġġ kantat fuq tal-linja!

Uħud li kienu fuq ir-rotta tal-linja li miċ-Ċirkewwa tgħaddi mill-Mosta, ltaqgħu ma’ Tal-Lino.
Tal-Lino huwa kunċett żviluppat għall-Valletta 2018 u matul il-vjaġġ tal-lum akkumpanja lill-passiġġiera bid-diski Maltin fosthom Xemx tal-mużiċist Għawdxi Domenic Grech ta’ The Tramps.
Il-mużiċist Ozzy Lino se jkun qed idur fuq il-karozzi tal-linji matul din il-ġimgħa u jwassal l-atmosfera ta’ Valletta 2018 madwar Malta u Għawdex.
Filmat: Alex Buttigieg