Filmat: Vidjow ta’ kanzunetta b’messaġġ b’saħħtu

Jien Hekk - Franz Galea Bezzina.

Jien Hekk - Franz Galea Bezzina, Kliem u Muzika - Rita Pace, Arrangament Muzikali - Elton Zarb. Produzzjoni tal-Video - Gabe Events - info@gabe.mt.

Posted by Franz Galea Bezzina on Monday, September 14, 2020

Fl-għaxar anniversarju mill-kanzunetta Jien Hekk il-kantant Franz Galea Bezzina ddeċieda li jniedi vidjow mużikali għal din il-kanzunetta b’messaġġ b’saħħtu li għadu japplika għall- ġurnata tal-lum.

Din il-kanzunetta titratta l-istorja ta’ persuna omosesswali li ma jkunx aċċettat minn ommu però li fil-ħajja xorta għandu dritt li jħobb u jkun maħbub. Għandu dritt li jgħix mingħajr ma jkun iġġuddikat.

“Għalkemm fil-ħajja tal-lum ħafna persuni omosesswali huma aċċettati u maħbubin però jibqa’ dejjem persentaġġ żgħir li għandhom bżonn spalla u kenn għax jibżgħu jesprimu s-sesswalità tagħhom sforz il-biża’ li ma jkunux aċċettati mis-soċjetà,” ikkummenta l-kantant Franz Galea Bezzina.

Din il-kanzunetta li biha Franz kien ħa sehem biha fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza tal-2010 għandha kliem u mużika ta Rita Pace, b’arranġament mużikali ta’ Elton Zarb.