Filmat: Vidjow mużikali ġdid minn Red Electrick

Red Electrick rritornaw lura bi stil iktar sajfi permezz ta’ kanzunetta li tidhol f’moħħok mal-ewwel nota tal-kitarra u li ġġiegħlek tgħolii l-volum tar-radju. Come Alive hija issa s-sitt kanzunetta li ħarġet mill-album li ġabilhom tant success, Tragic Optimistic, li ġie rrekordjat u pproduċut f’Railway Studios.

Il-kanzunetta għandha xi ħaġa li tbiddillek il-burdata b’mod immedjat u l-vidjow mużikali jkompli jenfasizza din il-vibe hekk kif naraw lil REK b’mod iktar umoristiku – kif imdorrijin narawhom fil-prestazzjonijiet live li jagħtu waqt il-wirjiet taghom.

Bla dubju REK sar wieħed mill-iktar gruppi popolari ġewwa xtutna u m’għandhom l-ebda pjan li jnaqqsu r-ritmu li għaddejjin bih. Il-ħidma u d-determinazzjoni tagħhom tidher kemm fil-mużika li joħolqu kif ukoll fil- wirjiet tagħhom fuq kwalunkwè palk li jkunu fuqu.

Red Elektrick se jkunu qed jagħtu bosta wirjiet u aktar aġġornamenti se jkunu mħabbra fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook.