Innu Malti - BANDA BELANDIl-𝗕𝗮𝗻𝗱𝗮 𝗕𝗲𝗹𝗮𝗻𝗱 taż-Żejtun, bl-innu Malti mwassal minnha virtwalment, b'bandisti u għalliema tagħha jdoqqu dan l-innu nazzjonali b'mod irrekordjat u sinkronizzat; f'tislima speċjali lil dawk involuti fl-oqsma mediċi u ċivili, u lilkom ilkoll waqt is-sitwazzjoni kurrenti nternazzjonali tal-#COVID19. 🇲🇹
Posted by BELAND on Friday, March 27, 2020
Read in English.
Il-Beland Music Society taż-Żejtun nediet vidjow li juri l-mużiċisti tagħha jwassal l-Innu Malti b’mod differenti.
Kif tistgħu taraw f’dan il-filmat l-Innu Malti ġie rrekordjat minn kważi l-bandisti residenti stess fid-djar tagħhom. Inizjattiva li saret b’rabta mas-sitwazzjoni diffiċli attwali ta’ Covid-19.
Kelliema għas-Soċjetà Mużikali tal-Beland qalulna li dan il-vidjow huwa ddedikat l-aktar lil dawk kollha involuti fis-setturi mediċi u ċivili, inklużi l-ġurnalisti.
Inizjattiva oħra sabiħa li jistħoqqilha kull tifħir. Grazzi
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.