Filmat: Veru jeżisti l-faqar f’Malta?

Għandna ekonomija li tpoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru?

Read in English.

Waqt il-programm Andrew Azzopardi on 103 nitkellmu dwar dan il-fenomenu li donnu flok jonqos minħabba l-ġid li nħoloq, xorta qed jikber. Se nippruvaw nifhmu x’qed jiġri u x’soluzzjonijiet jista’ jkun hawn biex il-faqar jonqos, flimkien mal-mistiedna: Denise Farrugia, Community Development Worker; Matthew Vella, CEO tal-Care Standards Authority; l-opinjonista Bryn Manning; u l-letturi  Dr Stephanie Fabri, Dr Sue Vella u Dr Katya Degiovanni. 


Fit-tieni parti ta’ din id-diskussjoni, nitkellmu wkoll dwar l-ekonomija u nistaqsu: aħna kuntenti li jeħxien il-but għal xi wħud, imma mbagħad ikun hemm min jibqa’ lura. Għandna nħarsu lejn modi kif nassiguraw li l-ġid jinfirex b’mod ugwali? F’din il-parti nitkellmu wkoll ma’ Albert Debono, li huwa Community Worker fi ħdan il-Caritas u l-Ekonomisti Mark Caruana u Joseph F X Zahra. 


Andrew Azzopardi on 103 jixxandar kull nhar ta’ Sibt fuq 103 Malta’s Heart fl-10am u aktar tard fuq Newsbook.com.mt.