Filmat: “Vera ħadha ħażina” – Yazmin dwar James

Illum qegħdin bħala grupp iżda Yazmin u James daħlu b’mod individwali f’din il-kompetizzjoni.

Għal James din kienet it-tieni darba li daħal din il-kompetizzjoni u għalhekk ħassu eċċitat aktar mis-sena ta’ qabel għax ried jagħti prova akbar lil Ira u l-membri l-oħra tal-ġurija.

Yazmin ukoll kienet eċċitata tant li ħassitha li kienet se tmut meta dehret quddiem Howard, Ira, Alexandra u Ray, l-erba’ membri tal-ġurija tal-X Factor Malta.

Oriġinarjament kienu tlieta iżda fl-aħħar sigħat spiċċaw tnejn. Kellhom jibdlu l-kanzunetta u jippreżentaw rwieħhom quddiem il-ġurija b’dan il-format il-ġdid.

Fiċ-Chair Challenge waslu proprju meta kien għad fadal siġġu u mill-ewwel rieduh, avolja dakinhar kienet l-ewwel darba għalihom fuq il-palk quddiem dik l-udjenza. Fakkru l-mument kif Yazmin għenet lil James f’dak il-ħin meta waqt li kien qed idoqq il-pjanu il-mikrofonu ma kienx eżatt quddiemu.

Issa li għaddew għal-live shows, James issa qed ikollu jtawwal xagħru, għax qabel kien imur jaqtgħu kull ġimgħa u issa għandu stil differenti.

“Vera ħadha ħażina din ta’ xagħru,” kixfitu Yazmin.

Il-live shows ta’ X Factor Malta jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 fuq TVM u għall-biljetti biex tattendi live idħol fis-sit showshappening.com