Filmat: Venezja jew il-Gżira?

Għal dawk li jgħixu l-Gżira u oħrajn li kellhom bżonn jgħaddu minn hemm waqt il-maltempata aktar kmieni llum spiċċaw jitħassbu jekk kienux għadhom Malta, jew maġikament spiċċaw Venezja.

Wieħed mill-kunsilliera tal-Gżira ppubblika fuq Facebook ritratti tal-kundizzjoni tat-toroq, partikolarment it-triq tax-xatt, kawża tal-maltemp.

Skont it-tbassir għas-sebat ijiem li ġejjin tal-istess uffiċċju metereoloġiku, it-temp mistenni jkun xemxi nhar it-Tlieta u l-Erbgħa li ġejjin.

Aqra: Filmat: Maltempata taħkem il-Gżejjer Maltin

Intant, filmat ieħor li qed idur fuq Instagram juri triq oħra mgħarrqa bl-ilma, fejn ġiet ikkawżata mewġa minħabba Tal-Linja.