Filmat: Vażetti li nużaw kuljum

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=A4SRficiZOY]

Erba’ vażetti li jagħmlulek ħajtek aktar faċli waqt li tieħu ħsieb aktar l-ambjent.
S’issa tnedew erba’ vażetti tal-prodott JARFUL – wieħed b’oġġetti relatati mal-istudju, ieħor għal ħin il-logħob u għall-mistrieħ, ieħor għall-memorji u ieħor bi scrubs biex tikkura l-ġisem.
JARFUL huwa prodott tal-kumpanija żagħżugħa Metric, li hi membru tal-Junior Achievement Worldwide, li tirrappreżenta netwerk dinji ta’ organizzazzjonijiet bil-missjoni li jmexxu s-settur ta’ edukazzjoni intraprenditorjali.
L-oġġettiv ewlieni huwa li tnaqqas id-distakk bejn implikazzjonijiet teoretiċi u prattiċi tan-negozji u tqarreb aktar lill-istudenti lejn dan is-settur.
Filwaqt li huwa riċiklat, il-prodott ta’ Metric huwa mżejjen u jattira l-għajn.
Aktar kmieni dan ix-xahra, din il-kumpanija ntgħażlet biex tikkompeti u tbigħ il-prodotti tagħha fit-Trade Fair Ewropea li saret f’Riga fil-Latvija.