Filmat: “Użaw dan il-ħin għall-benefiċċju tagħkom” – Francesca

Francesca Scerri li narawha bħala Erminia fis-sensiela F’Ġieħ l-Imħabba li tixxandar nhar ta’ Tnejn fuq TVM ukoll qed twassal il-messaġġ tagħha permezz ta’ newsbook.com.mt fejn hi qed tappella lil dawk li bħala jaħdmu fis-settur tal-kreattività, spettaklu u arti biex jagħmlu bħalha u jużaw iż-żmien ta’ bħalissa għall-benefiċċju tagħhom.

Hi tħeġġeġ lil kulħadd biex jibqa’ d-dar għax dan huwa biss sagrifiċċju żgħir ħdejn dak li ħaddieħor li jaħdem fil-qasam tas-saħħa qiegħed jagħmel.

Segwi l-appell u l-awgurju ta’ Francesca f’dan il-filmat.

X’inhuma l-helplines tal-Gvern dwar il-coronavirus?

  • 111 – Għall-persuni li jħossu sintomi tal-COVID-19 jew jixtieq iktar informazzjoni;
  • 22042200 – Għar-residenti Maltin li nqabdu f’wieħed mill-pajjiżi ta’ riskju għoli u jridu jiġu lura Malta;
  • 21411411 – Għall-persuni fi kwarantina mandatorja li għandhom bżonn provvista ta’ ikel u mediċini.
  • 25981000 – Għal dawk li għandhom domandi dwar is-settur edukattiv u l-impatt tal-Coronavirus.
  • 21692447 – Għal lukandiera u turisti li għandhom domandi dwar il-miżuri mħabbra.
  • 25903030 – Helpline għall-anzjani ta’ ‘l fuq minn 60 sena għall-mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn