Filmat: “Użajt il-vantaġġ tat-tul tiegħi għall-isport” – Sam Deguara

L-isportiv Samuel Deguara xahrejn ilu beda jilgħab mat-tim tal-basketball fil-Filippini. Dan mhux l-ewwel tim barrani li huwa lagħab miegħu għax qabel lagħab ukoll mat-tim fl-Italja. Iżda meta kien hemm kowċ li emmen fih spiċċa l-Kanada u nvesta sitt xhur minn ħajtu f’taħriġ li wassal biex hu jkollu kuntratti f’diversi pajjiżi.

Sam huwa wkoll l-iktar raġel twil f’Malta (u fl-Italja) b’tul ta’ 7.5 piedi u dan il-fatt wassal ukoll biex fi tfulitu jiġi bbuljat anki mit-tfal tal-iskola.

Beda fl-isport minn kmieni fil-futbol meta kien jilgħab man-Naxxar. Kien fuq suġġeriment tal-għalliema tiegħu li bidel l-isport. L-ambizzjonijiet tiegħu wassluh biex jibda jilgħab ma’ timijiet barrannin.

Sam Deguara tkellem ma’ newsbook.com.mt dwar kif bdiet il-karriera, dwar kif laqgħuh il-plejers l-oħra fit-tim, x’jinvolvi li tkun plejer barrani f’dan l-isport u kif kienu l-ewwel logħbiet tiegħu fil-Ġappun f’dan l-istaġun? Meta jirċievi bosta offerti xi jwasslu biex jagħżel tim minn ieħor?

Segwi l-intervista sħiħa f’din il-paġna.

Intervista: Frederick Zammit

Muntaġġ: Sarah Salafia.