Filmat: Uomini e Donne lura b’differenza

Mil-lum it-Tnejn 20 ta’ April se jkun qed jasal lura fuq l-istazzjon Canale 5 il-programm popolari ta’ wara nofsinhar Uomini e Donne, li kien twaqqaf fil-15 ta’ Marzu minħabba fis-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19.

Il-programm se jkun qed jixxandar fil-ħin tat-2.45pm u se nkunu qed naraw tnejn mill-parteċipanti protagonist tal-programm, Gemma Galgani u Giovanna Abate.

Se nkunu qed naraw lil dawn it-tnejn fi kmamar differenti u quddiem il-kompjuter. Huma se jkunu qed jirċievu bosta korrispondenza permezz tal-posta elettronika u naraw kif jibdew jikkomunikaw mal-persuni li qed jibgħatu dawn l-ittri, qabel am fil-fatt jibdew jaraw wiċċ dawn il-persuni.

Matul dan il-perjodu ta’ korrispondenza, se niskopru kif dawn iż-żewġ nisa qed jimmaġinaw kif jidhru l-persuni li qed jikkorrispondu magħhom.

Matul il-programm se naraw għal kollegamento li Maria De Filippi, Tina Cipollari u Gianni Sarta jkunu qed jagħmlu ma’ dawn iż-żewġ nisa, waqt li huma jkunu qegħdin jittamaw li jsibu l-persuna li magħha jistgħu jqattgħu l-kumplament ta’ ħajjithom.