Filmat: “Ulied din id-dinja jimxu bil-għaqal aktar minn ulied id-dawl…”

Matul din il-ġimgħa waqt Hand-Book fuq 103 Malta’s Heart il-mistednin ta’ George Cassar huma Fr Karm Debattista u l-attur Andre Penza.

Il-qari tal-ġurnata

Qari mill-Evanġelju skond San Luqa

“Kien hemm raġel għani li kellu amministratur, u lil dan xlewh lil sidu li kien qiegħed iberbaqlu ġidu. Għalhekk is-sid sejjaħlu u qallu: “Dan x’inhu li qiegħed nisma’ fuqek? Agħtini kont tal-amministrazzjoni tiegħek, għax ma tistax tibqa’ iżjed amministratur tiegħi”.

L-amministratur …bagħat wieħed wieħed għal dawk li kellhom jagħtu lil sidu. “Kemm għandek tagħtih lil sidi?” staqsa lill-ewwel wieħed. “Mitt barmil żejt”, wieġbu dak. “Oħroġ il-karti tiegħek u ikteb ħamsin”.  

U s-sid faħħru lil dak l-amministratur ħażin talli ħadem b’rasu. Għax ulied din id-dinja jimxu bil-għaqal aktar minn ulied id-dawl ma’ min hu tal-qatgħa tagħhom”.

The Hand-Book

Waqt The Hand-Book jiġi diskuss l-Evanġelju tal-ġurnata. Il-programm jixxandar kuljum fuq 103 fil-5.35am, fin-12.30pm u fis-7.25pm.

Segwi l-edizzjoni tal-lum permezz tal-filmat.