Read in English.
Illum reġgħu bdew isiru l-quddies tal-funerali wara nuqqas ta’ 10 ġimgħat, meta l-funzjonijiet reliġjużi kollha twaqqfu b’effett immedjat fit-12 ta’ Marzu.
Fost il-funerali li saru llum, sar wieħed fil-beraħ fiċ-ċimiterju tas-Siġġiewi li tmexxa minn Mons. Paul Vella, il-Prepostu ta’ Birkirkara.
Il-quddies fil-funerali reġgħu bdew hekk kif bdew jittaffew il-miżuri restrittivi li ġabet magħha l-pandemija tal-coronavirus u wara laqgħa li saret nhar it-Tnejn li għadda, bejn l-Isqfijiet Maltin, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretedent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci.
Il-Knisja llum ħarġet direttivi għal kif tista’ tibda ssir il-quddiesa tal-funerali, issa li mil-lum dawn huma permessi li jibdew isiru peress li Malta qed tillaxka wħud mill-miżuri preventivi meħudin minħabba l-coronavirus. Ġew ukoll ippubblikati listi ta’ knejjes li fihom jista’ jsir il-funeral.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.