Filmat u Ritratti: X’għamlu 18-il impjegat tal-BOV fis-Siġġiewi?

18-il impjegat tal-BOV ingħaqdu biex jagħtu s-sapport tagħhom lill-plejers li se jkunu qed jilagħbu waqt il-Maratona annwali tal-Volleyball għall-ġbir għall-bżonnijiet tad-Dar tal-Providenza.

Madwar 48 siegħa bogħod mill-bidu tal-maratona, l-impjegati ltaqgħu fil-parkeġġ tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi, biex għamlu logħba kontra l-Captains u l-Viċi Captains tat-timijiet li se jkunu qed jilagħbu waqt il-maratona.

“Ilhom jitħarrġu xahar u nofs”

L-organizzattriċi li ħadet ħsieb lit-tim tal-BOV, Vanessa Borg qalet li min-naħa tal-bank jaħdmu ħafna fil-komunità. Il-bank se jkun l-isponsor prinċipali tal-maratona u bħala turija ta’ appoġġ, l-istaff ingħaqad biex jilgħab logħba ta’ ħbiberija kontra plejers li se jkunu qed jieħdu sehem fil-maratona. L-Uffiċjal Tekniku tal-plejers professjonali, Stefan Decelis qal li t-taħriġ ilu għaddej għal xahar u nofs, iżda min-naħa teknika ilu li beda minn Marzu.

Uħud mill-plejers mit-tim tal-BOV qalu li qed jilagħbu biex jagħtu s-sapport tagħhom lill-plejers li se jkunu qed jagħmlu l-akbar sagrifiċċju biex jintlaħqu l-għanijiet tal-maratona.

“Hemm min se jipprova dan l-isport għall-ewwel darba”

L-esperjenza tal-istaff tvarja minn persuni li ilhom snin jilagħbu għal oħrajn li ħassew li għandhom jippruvaw dan l-isport għall-ewwel darba. Ilhom kemm ilhom jilagħbu, kollha qablu li jmorru għal-logħba bħala familja waħda biex flimkien juru s-sapport u jagħtu l-kuraġġ lill-plejers li se jkunu qed jieħdu sehem fil-maratona.

Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jsiru billi wieħed iċempel fuq in-numru:

51702012 għal donazzjoni ta’ €15

51802013 għal donazzjoni ta’ €25

50618944 (SMS) għal donazzjoni ta’ €6.99

79324834 – Donazzjoni mill-abbonati tal-BOV Mobile Pay

2146 1537 – Linja tal-Pledges