Filmat u ritratti: L-ewwel dettalji tad-drama ġdida Sorelle

Ritratt: Ivan Borg

Minbarra d-drama tat-Tnejn filgħaxija F’Ġieħ L-Imħabba, Rewind Productions se jkunu qed jagħtu bidu għal sensiela oħra kuljum fil-ħin ta’ wara nofsinhar, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-30 ta’ Settembru.

B’kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa, Sorelle hi sensiela mimlija intriċċi fejn niltaqgħu ma’ Rose u Paul li jkollhom ħames ulied bniet, Jodie, Maxine, Lorraine Samatha u Louisa.

Ritratt: Ivan Borg

Hija familja numeruża bħal ma kienet id-drawwa fl-imgħoddi. Din il-familja kellha x-xorti tajba li apparti l-mħabba kellhom ukoll il-flus u ta’ aktar serħan il-moħħ għalihom mill-flus kellhom il-ħbieb.

Ritratt: Ivan Borg

Iżda jiġri li sseħħ traġedja u d-destin tal-familja jieħu xejra oħra u l-istejjer li jiżvolġu se jkunu qed iżommu lit-telespettaturi jistennew fuq ix-xwiek minn puntata għall-oħra.

Ritratt: Ivan Borg

Il-kast ta’ din is-sensiela huwa magħmul minn Dea Sammut, Mandy Micallef Grimaud, Geordie Schembri, Joanne Busuttil, Aaliyah McKay Schembri, Corinne Coleiro, Silenia Mifsud, Ivy Azzopardi, Louisa Abela, Jes Sciberras, Clayton Pace, Silvio Axisa, Jessica Jane Cassar, Marthese Mangion, Angela Kiomall, Roberta Briffa, Shirley Mercieca, Tiziana Xerri. Kevin De Leonardo,Nathan Aquilina, Andre’ Penza, Pearl Caruana, Rita Camilleri, Ritianne Sammut, Brandon Terribile, Luke Sultana, James Pace, Jason Mizzi, Rachel Genovese, Sandra Vella, Graziella Zammit, Etienne Micallef, u Vivienne Meli.

Ritratt: Ivan Borg

Għal aktar dettalji dwar din is-sensiela, wieħed jista’ jidħol fil-paġna ta’ facebook ta’ din id-drama bili jagħfas fuq Sorelle-Drama-Series