Ritratti u filmati: X’għamlu dalgħodu f’Marsaxlokk?

Hekk kif jonqos biss ġimgħa għall-festa titulari ta’ Marsaxlokk, dik iddedikata lill-Madonna ta’ Pompeii, it-tfal u l-kuluri kollha mlew il-pjazza tar-raħal għall-festa tat-tfal.
Ma’ Newsbook.com.mt, li segwa diretta din il-festa, il-Kappillan ta’ Marsaxlokk, Dun Luke Seguna, qal li fil-flash mob organizzata l-Parroċċa flimkien mal-Każin tal-Banda, ħadu sehem il-banda tat-tfal kif ukoll kor ta’ żagħżagħ li kantaw.
Dan kollu sar b’mod spontanju u dirett.
Wara, it-tfal irħewlha max-xatt s’għand is-sorijiet u hemmhekk komplew jiċċelebraw b’marċ brijuż.
Dis-sena Marsaxlokk qed jiċċelebra l-50 sena anniversarju mill-konsagrazzjoni tal-Knisja.
Ritratti: Ian Noel Pace