Filmat u ritratti: Ara x’jaf jagħmel dan it-tifel bl-ikel

Matteo Panzavecchia ta’ 12-il sena huwa l-ġuvnott li jidher fil-vidjow mużikali Evening Star li l-kantanta Eliana Gomez Blanco nediet il-ġimgħa l-oħra.

Fil-vidjow jidher Matteo jesperimenta bl-ikel iżda dak li deher fil-vidjow ma kienux xeni rre1tati għax filfatt it-tisjir huwa l-passjoni ta’ Matteo.

Huwa jħobb isajjar u jesperimenta bil-frott u minn età żgħira Matteo kien iħobb ikewwes fil-kċina, isajjar u  jipprova riċetti ġodda, Dan apparit li fuq kollox huwa jħobb jiekol ukoll.

Il-fatt li deher f’dan il-vidjow mużikali mhux xi kumbinazzjoni għax Matteo jħobb il-mużika wkoll. Filfatt huwa jdoqq il-pjanu.

Fil-ħin liberu iħobb jilgħab it-tennis u jħobb ix-xjenza.

Filwaqt li dak li jkun jista’ jaħseb minn dawn ir-ritratti u filmat li la jikber Matteo jixtieq isir xi kok, fil-verità Matteo qed jaspira li jkun tabib filwaqt li l-ikel jibqa’ passatemp biex jirrilassa fil-ħin liberu tiegħu.