Filmat u ritratti: Daqs 1,400 persuna għall-Open Weekend fil-Kurja

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda, il-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana fetħet il-bibien tagħha għall-pubbliku, u attendew madwar 1,400 persuna. Dan kien fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Kalċidonju.

 

L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi ltaqgħu mal-viżitaturi matul dawn il-jumejn. Kien hemm preżentazzjonijiet u taħdidiet dwar il-pitturi fil-Kurja u r-restawr li qed isir mal-faċċata, kunċerti fil-bitħa ċentrali u logħba ta’ tfittxija għat-teżor għat-tfal.

Aqra: Open weekend b’xejn fil-Kurja tal-Arċisqof

Barra minn hekk, il-viżitaturi setgħu jammiraw l-arkitettura Barokka u d-diversi opri tal-arti li jinsabu fis‑sala tar‑refettorju, fil‑kurituri, fis‑sagristija u fil‑kappella ddedikata lill‑Madonna ta’ Manresa. F’din il-kappella  hemm ir‑relikwi ta’ San Kalċidonju.