Filmat: “Twieled biex ikun artist” – Ray

L-eliminazzjonijiet fit-tieni live show ta’ X Factor Malta jkompli joħolqu diskussjoni hekk kif ilbieraħ inqalgħu kemm Dav.Jr kif ukoll Jasmine Abela.

Dav.Jr kien it-tieni artist li nqala’ mill-kompetizzjoni wara s-sing off ma’ Yazmin & James hekk kif dawn iż-żewġ kompetituri spiċċaw deadlock hekk kif l-erba’ membri tal-ġurija vvutaw b’parità.

Ray Mercieca wkoll ikkummenta dwar dak li ġara lbieraħ filgħaxija.

“Ninsab inkredibilment imkisser billi nitlef dan il-mużiċist u kantawtur. Naħdmu ħafna biex niskopru artisti żgħażagħ u li jaħdmu intensament mingħajr negattività, u li jagħtu qalbhom għal dak li jkun mitlub minnhom,” beda biex jikkummenta Mercieca li f’din l-edizzjoni għandu l-kategorija tal-kantanti ġuvintur.

Mercieca żied jgħid li Dav.Jr twieled biex ikun artist u hu, kif ukoll producers kbar u mużiċisti se jkunu minn ta’ quddiem biex jassiguraw li Dav. Jr ikun rikonoxxut għal min hu, u biex jgħinuh iwettaq il-ħolm tiegħu biex iwassluh,” kompla jgħid waqt li saħaq li Dav. Jr huwa artist f’kull sens u li hu kburi bih.

Ritratt: Facebook/RayMercieca

Anki Jasmine u Dav.Jr għaddew il-kummenti tagħhom fuq dak li ġara lbieraħ.

Thank you everyone for your support, our musical journey will definitely not stop here. ❤️ Love You.

Posted by Jasmine on Sunday, January 19, 2020

X Factor Malta ikompli bit-tielet live show nhar il-Ħadd 26 ta’ Jannar fl-MFCC f’Ta’ Qali. Għall-biljetti idħlu fis-sit showshappening.com

Tista’ tidħol fiċ-ċans li tirbaħ biljetti għat-tielet live show billi tidħol fil-paġna ta’ Newsbook Lifestyle.