Filmat: Twaħħal noti f’postijiet fejn isiru s-suwiċidji

Noti mwaħħlin  minn żagħżugħa ma’ pont fejn jitwettqu diversi suwiċidji waqqfu sitt persuni milli jikkommettu suwiċidju. Il-Paġna ta’ Facebook Dearly.com ippublikat video dwar din l-azzjoni altruista.

Paige Hunter, tfajla Ingliża ta’ 18-il-sena, waħħlet għadd ta’ noti b’messaġġi qawwijin li jinkoraġġixxu lin-nies ikomplu b’ħajjithom fuq il-pont Wearmouth, fejn jittwettqu diversi suwiċidji.

Persuna kitbet dwar l-esperjenza tagħha fuq social media. Fis-sitta ta’ filgħaxija, din il-persuna marret ħdejn il-bridge bl-intenzjoni li ttemm ħajjitha. Madanakollu, meta waslet fuq il-pont sagħbet minn tal-anqas 40 nota kkulurita.

Kif telgħet fuq il-pont, hija rat nota li tgħid “Żomm sod, għaliex l-affarijiet se jeqilbu għall-aħjar. Bħalissa l-ħajja hija diffiċli, imma s-sitwazzjoni ma tistax tibqa ħażina għal dejjem, se taqleb għall-aħjar”. Din il-persuna stqarret li li ma kienx għal din it-tfajla, kieku hija mejta, u familtha mkissra.

Hunter stqarret li hi stess marret fuq dan il-bridge meta kienet għaddejja mill-ikrah żminijiet.

Il-Pulizija tal-lokal sejħu dan il-ġest mod innovattiv kif tista tilħaq dawk li għaddejjin minn żmien diffiċli. U din ħadmet! Paige irċeviet premju tal-ġest altruist tagħha mingħand il-Pulizija.

Fost il-messaġġi fuq dawn in-noti hemm dawn:

 “Meta ħassejtni bħalek, tlabt l-għajnuna. Imnalla ppruvajt.”

“Minkejja li għaddej minn żmien diffiċli, il-ħajja tiswa. Inti stilla tiddi f’dinja f’dinja mdallma. Żomm sod”

“Jekk ittemm ħajtek issa, in-nuqqas tiegħek se jinħass ferm!”

“Inti tfisser ħafna, inti maħbub, u dawk ta’ madwarek ikunu f’sitwazzjoni ferm għar mingħajrek.”

“Iġġieled b’kemm għandek saħħa llum. Għada dejjem se tkun ġurnata aħjar.”

“Inti għandek is-saħħa tgħid ‘Jien mhux se ntemm ħajti b’dan il-mod’.”