Filmat: “Tużalniex id-demm b’mod irresponsabbli”

Dr Alex Aquilina miċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm appella biex dawk li jkollhom bżonn id-demm jużawh b’mod responsabbli. Huwa qal dan f’kummenti ma’ Newsbook.com.mt fejn appella wkoll biex ħadd ma jixrob u jsuq speċjalment f’dawn il-jiem ta’ festi tal-Milied.

Dr Aquilina semma’ li mhux kulħadd ikollu bżonn l-istess ammont ta’ demm billi qal li jkun hemm minn ikollu bżonn borża waħda jew tlieta iżda jkun hemm min ikollu bżonn 20 jew 40 borża demm.

Stqarr li fl-aħħar ġranet iċ-Ċentru ġabar ammont mhux ħażin ta’ demm iżda sostna li r-riserva hija “baxxa ħafna”. Qal ukoll li qiegħdin f’riskju li jekk jiġri xi inċident gravi, l-isptarijiet ikunu f’riskju li ma jkollhomx biżżejjed demm għal min ikollu bżonn.

Temm b’appell biex f’dawn il-jiem tal-Milied kulħadd jagħti d-demm għaliex skont it-tabib Aquilina “dan huwa l-isbaħ rigal li wieħed jista’ jagħti”.

http://www.newsbook.com.mt/artikli/2018/07/20/aghti-d-demm/