Filmat: “Tsunami ta’ silġ” jaħkem l-Istati Uniti

Filwaqt li partijiet mir-Renju Unit kellhom rekord ta’ temperaturi għoljin għal Frar, “tsunami ta’ silġ” qed jaħkem lill-Istati Uniti.

Il-fenomenu, li uffiċjalment jissejjaħ ice shove jew ice surge, iseħħ meta l-kurrenti tal-oċean, ir-riħ qawwi u differenzi fit-temperaturi jimbuttaw blokok ta’ silġ mill-baħar għal fuq l-art. Ħitan għoljin mat-30 pied dehru fuq ix-xtut tal-lag Erie u x-xtut tax-xmara Niagara fi New York, viċin il-frntiera mal-Kanada lbieraħ.

Il-Pulizija talbu lill-pubbliku sabiex joqgħod attent meta jsuq, filwaqt li evakwazzjonijiet volontarji qed jiġu mħeġġa lir-residenti ta’ Hoover Beach, li hija viċin tal-lag Erie.