Filmat: Tromba taqleb caravan fl-Armier

Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri lil tromba taqleb caravan fl-Armier.

Jidher li ħadd ma weġġa’ fl-inċident.

L-Uffiċċju Metereoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għal-lum ħareġ twissija dwar ħalbiet iżolati tax-xita bir-ragħad u silġ li se jaffetwaw lill-gżejjer Maltin. Intant diversi f’diversi lokalitajiet kien hemm rapporti ta’ għargħar. Għal għada qed jiġi mbassar temp ftit imsaħħab.