Filmat: Travolta u Newton-John ikantaw mill-ġdid flimkien

Iva qed taraw sew. Dawk fir-ritratt huma John Travolta u Olivia Newton-John fil-ħwejjeġ li ċertament tiftakruhom bihom 41 sena ilu fil-film Grease. U jekk qed jiġikom xi dubju kunu afu li dak huwa ritratt li ttieħed jumejn ilu f’West Palm Beach fi Florida, fl-Istati Uniti.

Ritratt: Instagram/therealonj

Newton John u Travolta kienu qed jieħdu sehem f’avveniment imsejjaħ Meet ‘N’ Grease’ Movie Sing-a-long with Danny and Sandy li għalih huma t-tnejn mhux biss libsu l-ħwejjeġ li kellhom fil-film ikoniku tal-1978 iżda wkoll reġgħu kantaw flimkien għall-ewwel darba wara ħafna snin.

Kienet Olivia Newton-John, li llum għandha 71 sena, li xerrdet ir-ritratt tagħha ma’ Travolta (65 sena) fuq l-Instagram tagħha. Kif tistgħu timmaġinaw ir-ritratt mill-ewwel qanqal interess u beda jinxtered kullimkien.

Ritratt: Instagram/JohnTravolta

Minkejja li għaddew 41 sena, John Travolta u Olviia Newton-John, għadhom jixxiebħu sew bħala Danny Zuko u Sandy fil-film Grease.

Olivia Newton John u John Travolta kif niftakruhom fl-1978 fil-film Grease

Tarvolta llum il-ġurnata huwa attiv fil-films, filwaqt li Newton-John irtirat mix-xena u hija aktar iffukkata fuq it-tmexxija taċ-ċentru li waqqfet fl-Awstralja biex jinġabru fondi għal min bħalha qed jiġġieled il-kanċer.