Filmat: Trasport pubbliku b’xejn flok is-Central Link – Għaqda

L-organizzazzjoni Extinction Rebellion Malta qed tapella biex minflok il-proġett tas-central link il-Gvern jimplimenta politika li ssaħħaħ l-ambjent u l-iżvilupp ekonomiku fit-tul. L-organizzazzjoni qed tipproponi servizz pubbliku b’xejn li jaħdem bl-elettriku u effiċjenti bħala soluzzjoni.

Żiedu li l-Ministeru tat-Trasport qed jibqa’ għaddej b’dan il-proġett li jmur kontra l-intress ta’ kull resident u kull min juża b’mod frekwenti din il-parti ta’ Malta. L-għaqda qalet li kemm il-Ministeru kif ukoll Infrastrtucture Malta ma tawx każ il-liġi, dan għaliex l-appell kontra dan il-proġett li għadu qed jinstema’ fil-Qrati.

L-organizzazzjoni qalu li l-Ministeru qed jargumenta li l-proġett se jnaqqas it-traffiku, it-tniggiż tal-ajru u l-bottlenecks. Madankollu huma argumentaw li b’45 karozza ġdida kuljum, it-traffiku u t-tniġġiż se jkompli jiżdied u mhux jonqos.

Huma appellaw lill-awtoritajiet u stakeholders kollha biex jaħdmu mal-organizzazzjoni u jkun hemm implimentazzjoni ta’ transport pubbliku effettiv b’xejn u jaħdem bl-elettriku u dan iwassal għal protezzjoni tal-ambjent u kwalità ta’ ħajja aħjar.