Filmat: Trakk jinqabad jarmi f’Tal-Balal

Read in English.

Trakk mgħobbi b’tgħamir elettroniku nqabad jarmi f’Tal-Balal. Il-filmat ġie ppubblikat mid-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Huwa qal li dan ittieħed ilbieraħ. Spjega li dan huwa prova ta’ kif il-Wasteserv qed “tikser il-liġi ambjentali u llegalment jarmu appliances f’Tal-Balal bla ebda rispett lejn il-familji li joqogħdu viċin”.

Newsbook.com.mt talab lil Wasteserv għal kumment.

Fil-Parlament, Azzopardi kien żvela li l-Wasteserv qed tikser il-liġi u kien stqarr li l-Ministru Josè Herrera “tilef kull kontroll fuqha”.

AQRA: “Il-Wasteserv qed tikser il-liġi” – Jason Azzopardi

Fuq Facebook, Azzopardi akkuża lill-Ministru Jose Herrera li huwa kompliċi minħabba li baqa’ sieket.