Filmat: Traġedja toħnoq il-familja ta’ Bonnici

It0tielet episodju mis-sensiela L-Ispettur jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM.

Illum naraw kif żball kbir iwassal għal tragedja li toħnoq il-familja tal-Ispettur. Kull ma jista’ jagħmel hu li jinnaviga il-mewġ qerriedi li donnu tela’ għalih minn qiegħ l-imgħoddi.

Ghalxejn jipprova jżomm fil wiċċ. Din id darba l-Ispettur Bonnici se jkollu jaghmel dak li ma jridx.

L-Ispettur għandu kitba u direzzjoni ta’ Mario Philip Azzopardi, bi produzzjoni ta’ Michael Kissaun.