Is-seba’ episodju mis-sensiela L-Ispettur se jixxandar illejla fuq TVM fejn se naraw is-smewwiet jinfetħu w il-beraq jfaqqgħu bla ħniena.
Ħajjet l-Ispettur Salvu Bonnici titkisser taħt traġedja li qatt ma kien qed jistenna. U biex taqgħad, fl-aħħar isib l-ittra li kien bagħtlu Ġianni Formosa.
Kemm kien ikun aħjar kieku qatt ma sabha!
L-Ispettur għandu kitba u direzzjoni ta’ Mario Philip Azzopardi, bi produzzjoni ta’ Michael Kissaun.