Filmat: ​Trab itir ma’ kullimkien f’Birżebbuġa

Gaffa f’Birżebbuġa qed timla trakk b’materjal ta’ kostruzzjoni ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna nies fuq il-midja soċjali.
Ir-riħ beda jtajjar it-trab ma’ kullimkien, hekk kif it-trakk baqa’ miexi bil-mod.
Kienu diversi dawk li kkummentaw li dawn l-atti jibqgħu jsiru minkejja kull tentattiv mill-awtoritajiet biex irażżnu l-abbużi.
Ftit jiem ilu, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar Chris Agius ħabbar li żviluppaturi li jabbużaw waqt xogħlijiet fuq siti ta’ kostruzzjoni, se jibdew bi twissija biex jirranġaw is-sitwazzjoni, u wara jibdew jeħlu multi li jiżdiedu bil-ġurnata.