Filmat: Totò se jisma’ minn Francesca fis-serje F’Ġieħ l-Imħabba?

Illejla fuq TVM fid-8.50pm se jkompli episodju ieħor tas-sensiela F’Ġieħ l-Imħabba, produzzjoni ta’ Rewind, b’kitba ta’ Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.

Għaddew 30 sena… Salvatore it-tifel ta’ Ġużeppe kiber… x’intqal bejnu u bejn missieru? Elena u Sergio, it-tifel ta’ Carmelina u Gaetano,  marru jdewqu l-inbid lil Salvatore u lil Ġużeppe… x’ġara? X’dubju kellhom u x’qalilhom Salvatore? Niltagħu ma’ Emilio… x’negozju għandu? Min huma Erminia u Ġiġi? Għaliex Berto kien irrabjat għalihom? Għaliex Sergio ma jridx jaf b’Elena? … fuq xiex miġbud magħha? Berto mar ikellem lil Emilio dwar Ġiġi… x’qallu? X’inhu jiġri eżatt?