Filmat: Tonin jara dak li ma kellux jara

Illejla tasal lura wkoll is-sensiela L-Għarusa b’puntata kompletament ġdida mwassla minn Sharp Shoot Media fuq kitba ta’ Audrey Brincat Dalli.

Se jkunu qed iseħħu bosta intriċċi fil-puntata tal-lejla u kif tistgħu taraw fil-filmat li qed inwasslulkom, Tonin se jkun qed jara xi ħaġa li ma kellux jara.

Dan il-fatt se jbiddel għal kollox dak li qed jaħbu Bettina u Diego

L-Għarusa bħas-soltu se jkun qed jixxandar fuq TVM fil-ħin tad-8.50pm.