Filmat: Tonfoq €300 għal 2 minuti xogħol?

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=5lutHF5HhVA]

Apparat li jagħsar boroż tal-likwidu tal-frott qed jingħad li hu għoli għalxejn.
Juicero hi magna tal-għasir li tiswa madwar €300 u li fiha jitpoġġew boroż apposta li jkun fihom likwidu tal-frott.
Ftit wara li l-prodott ħareġ fis-suq il-kumpanija Bloomberg żvelat li wieħed jista’ jagħmel l-istess xogħol li tagħmel din il-magna b’idejh stess f’żewġ minuti.
Juicero, li kien irriklamat bħala robot intelliġenti li jagħsar il-likwidu tal-frott spiċċa jiġi żżufjettat fuq il-midja soċjali.
Is-CEO tal-kumpanija li produċiet lil Juicero ddefenda lill-prodott u qal li l-għan tiegħu hu li jagħmel il-ħajja tan-nies aktar faċli.