Filmat: Tniedi kanzunetta miktuba minn Freddie Portelli

Il-kantanta żagħżugħa ta’ 14-il sena Emma Cutajar fil-jiem li għaddew nediet il-kanzunetta I Got The World bi kliem u mużika ta’ Freddie Portelli. Għal Emma din hija l-ewwel kanzunetta oriġinali bl-Ingliż li nediet, għalkemm kellha erba’ kanzunetti oriġinali oħra, bil-lingwa Maltija. Dawn kienu It-Tim Tiegħi, Kunċert, Ta’ Rasi u Bla Ma Rrid.

Emma, li s-sena l-oħra ippreżentat il-Konkors Kanzunetta Indipedenza Junior, tattendi l-iskola MVPA. Apparti l-kant għandha għal qalbha l-pjanu u r-reċtar (drama).

Hija wkoll tilgħab il-netball flimkien mat-tim tal-Mellieħa.