Filmat: Tnejn iweġġgħu waqt ġirja mal-barrin f’Pamplona

Amerikan u Spanjol spiċċaw l-isptar wara li qalgħu daqqa’ ta’ qrun ta’ barri waqt il-festa ta’ San Firmino f’Pamplona fi Spanja. 
Bħala ċelebrazzjoni tal-festa, hi tradizzjoni li n-nies tiġri fit-toroq mal-barrin. 
Malli nfetħet il-grada tas-sitt barrin, tnejn minnhom qajmu paniku sħiħ u weġġgħu lil tnejn. 
It-turist Amerikan qala’ daqqa f’sidru waqt li l-Ispanjol weġġa’ koxxtu.