Filmat: Tnejn arrestati wara ġlieda li fiha twaddab minn kollox

Żewġ persuni ġew arrestati wara ġlieda li seħħet ilbieraħ fil-Pjazza ta’ Buġibba.

Fil-filmat li qed idur fuq il-midja soċjali jidher persuni jwaddbu siġġijiet, tabelli, bollards u bċejjeċ oħra.
Iż-żewġt irġiel, Sirjani ta’ 25 u 41 sena, marru f’ċentru tas-saħħa biex jiddewwew, iżda ntbagħtu Mater Dei minħabba n-natura tal-ġrieħi.
Madankollu sofrew biss ġrieħi ħfief.
Jidher li l-ġlieda nqalgħet bejn klikek differenti, u persuni fuq il-post ilmentaw li ma dehru ebda pulizija għal ħin twil minn xħin bdiet il-ġlieda.
Filmat: Leah Jordan (Facebook)