Filmat: Tmut Becs; l-Arċisqof fost dawk li taw il-kondoljanzi lill-familja

Rebecca Zammit Lupi
Facebook / Darrin Zammit Lupi

Tfajla ta’ 15-il sena Rebecca Zammit Lupi, li missierha u dawk kollha li jafuha kienu jsejħulha Becs, tilfet il-battalja tagħha kontra l-kanċer il-Ħadd filgħodu.

L-Arċisqof Charles Scicluna waqt il-konċelebrazzjoni tal-festa tal-Epifanija, ingħaqad mal-mijiet ta’ persuni li taw il-kondoljanzi tagħhom lill-familja għat-telfa tagħha u bierek lil ruħha.

Rebecca kellha kanċer aggressiv fl-għadam bl-isem ta’ Ewing’s Sarcoma. Hija ilha tiġġieled din il-marda aktar minn sena.

Missierha, Darrin Zammit Lupi tella’ ritratt ta’ Becs u kiteb, “Anġlu ieħor fis-sema”.

Ftit sigħat qabel mietet missierha kiteb li Becs kienet qed tieħu nifs inqas fil-fond imma regolari u żied li tidher serena u fil-paċi.