Filmat: Tmiem kontroversjali għal L-Ispettur

It-tmiem traġiku u kontroversjali tas-sensiela L-Ispettur se jixxandar illejla fid-8.50pm fuq TVM.

X’inhi il-ġustizzja? X’inhu id-dmir? Għalfejn għandna il-liġi?  Meta dawn kolla jaħbtu ma xulxin bil fors li jkun hemm ħafna vittmi. L-Ispettur jiddeċiedi li hu qatt ma aċċetta li jkun vittma ta’ ħadd u l-anqas issa, f’dawn iċ-ċirkostanzi estremi, mhux se jibda jċedi issa.

Fost l-atturi li jieħdu sehem insibu lil Mario Micallef, Jurgen Ciantar, Monica Attard, Renato Dimech, Ray Abdilla, Clint Chircop, Joseph Galea, u Salvu Mallia.

L-Ispettur għandu kitba u direzzjoni ta’ Mario Philip Azzopardi, bi produzzjoni ta’ Michael Kissaun.