Filmat: Tmiem il-Gwerra bid-daqq tal-qniepen u ħruq tan-nar

Bejn il-11.30am u nofsinhar illum għadd ta’ knejjes daqqew mota bil-qniepen taghom biex ifakkru l-75 anniversarju minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-qniepen tal-knejjes indaqqew b’mod mekkaniku jew manwalment minn persuna waħda biss.

Il-filmat ittieħed minn diversi lokalitajiet fosthom iż-Żurrieq u Ħal Luqa.

Apparti l-qniepen tal-knejjes kien hemm ukoll sparar tal-ajru b’murtali minn 26 kamra tan-nar differenti li ngħaqdu f’din iċ-ċelebrazzjoni li kienet ikkoordinata mill-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali.

‘Victory in Europe Day’, magħrufa aktar bħala V.E. day, tiċċelebra ċ-ċediment tal-Ġermanja bla kundizzjonijiet fit-8 ta’ Mejju tal-1945 li wasslet għat-tmiem it-Tieni Gwerra. Malta kella rwol strateġiku għall-allejati waqt il-gwerra bejn 1940 sal-1942, b’hekk hija importanti li nfakkru dan l-avveniment storiku fl-istorja ta’ Malta.

Filmati: Fr Martin Micallef