Filmat: “Tlift ħbieb minħabba l-futbol, u jiddispjaċini” – Norman Darmanin Demajo

L-eks President tal-MFA, Norman Darmanin Demajo kien ċar u dirett fir-risposti tiegħu, hekk kif nhar il-Ħadd li għadda, hu ta intervista esklussiva u l-ewwel waħda fi 15-il xahar minn meta spiċċa minn President tal-akbar assoċjazzjoni sportiva f’pajjiżna, lill-programm sportiv Replay fuq Net TV.

B’domandi iebsin, diretti u pertinenti, il-ġurnalist sportiv Christian Micallef tkellem ma’ Darmanin Demajo dwar ir-relazzjoni tiegħu mal-President attwali, u allura s-suċċessur tiegħu fl-MFA, Bjorn Vassallo kif ukoll x’relazzjoni għandu llum mal-eks Viċi President tal-MFA, l-Avukat Chris Bonett, b’dan tal-aħħar kien l-avukat difensur tiegħu fil-kawżi li hu kellu kontra Dr Joe Mifsud fil-Qorti.

Fl-intervista waqt Replay Drive li xxandar f’Replay fuq Net TV l-Ħadd li għadda, Darmanin Demajo jgħid li hu tilef ħbieb minħabba l-futbol u dan il-fatt idejqu u jnissel dispjaċir fiħ. Darmanin Demajo tkellem ċar u filwaqt li ammetta li hu kien favur li Vassallo jsir President tal-MFA, hu spjega eżatt x’dejqu fl-aħħar elezzjoni tal-Presidenza tal-MFA, mill-kamp tal-kandidat l-ieħor, Bonett. Fl-istess intervista, Darmanin Demajo tkellem dwar il-predeċessur tiegħu fl-MFA, Mifsud hu jgħid li r-relazzjoni ta’ bejniethom qatt ma tista’ terġa’ tkun tajba wara dak li ġara.

Segwi l-intervista sħiħa:

Replay Drive (extended version) ma' Norman Darmanin Demajo (25 t'Ottubru 2020)

Replay Drive (extended version) ma' Norman Darmanin Demajo (25 t'Ottubru 2020)Karozza | Seat AronaĦajr speċjali lil Continental Cars Ltd.

Posted by Replay (Net Television) on Monday, October 26, 2020