Filmat: Tixxabbat mal-Istatwa tal-Libertà waqt protesta fuq l-Immigrazzjoni

Mara li xxabbtet u telgħet fuq l-Istatwa tal-Libertà fl-Istati Uniti qed tinżamm arrestata u mistennija titressaq il-Qorti.

Aktar kmieni llum diversi turisti kellhom jiġu evakwati minn Liberty Island ġewwa New York wara li mara li kienet qed tieħu sehem fi protesta kontra l-President Amerikan Donald Trump telgħet fuq l-Istatwa tal-Libertà u ħarbet mill-Pulizija fuq l-Istatwa stess għal tliet siegħat sħaħ.

Skont il-midja Amerikana l-mara ġiet identifikata bħala Therese Okoumou, ta’ 44 sena mill-Kongo. Okoumou xxabbtet mal-Istatwa tal-Libertà waqt li allegatament kienet qed tipparteċipa fi protesta kontra l-politika tal-President Amerikan dwar in-nuqqas ta’ tolleranza fuq l-imigrazzjoni.